Sylvester Zahra ta’ wieħed u tletin mis-Siġġiewi tpoġġa fuq probation għal tliet snin wara li nstab ħati li weġġa’ gravi raġel wara li attakkah b’mgħażqa.
Il-każ idur ma’ kirja t’appartament.
Il-vittma huwa Antoine Saliba ta’ sebgħa u tletin sena.
Fil-Qorti nstema’ kif Joseph Borg ma ħallasx il-kera ta’ appartament li kien qed jikri mingħand l-vittma.
Saliba mar jiġbor flus tal-kera u nqalgħet ġlieda. Ma’ Borg kien hemm żewġ irġiel oħra fosthom Sylvester Zahra li minn filmati elevati minn kameras tas-sigurta deher jattakka lil Saliba b’invell u mgħażqa.