Wied Peprina fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku – One News

Notifiki

Wied Peprina fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku


Il-ħrejjef ta’ Wied Peprina ngħataw il-ħajja fuq il-palk permezz ta’ produzzjoni mnebbħa minn sensiela ta’ kotba għat-tfal miktuba minn Trevor Żahra.

Din il-produzzjoni qed tittella’ fl-Istitut Kattoliku.

Indrì Attard, il-produttur li adatta l-kitba għal fuq il-palk, ħadem ukoll fuq is-sett. Huwa spjega: “It-tpinġijiet huwa wkoll mill-kotba ta’ Trevor Żahra, jien ipprovajt kemm jista’ jkun minħabba li Trevor hu kien ipenġi l-kotba stess, żammejt ukoll anke dak id-disinn, dak l-istil illi għamel Trevor.”

Karattru ewlieni f’dawn il-ħrejjef li mistennija jinżlu tajjeb mat-tfal huwa dak ta’ qanfudinu: ONE News tkellem ma’ Marica Cassar li qaltilna: “B’dak li qed nagħmlu bħala annimali qed nagħtu ħafna eżempji, eżempji li mill-affarijiet imqarbin li jagħmlu l-annimali qed jieħdu t-tgħalimiet it-tfal magħhom id-dar. U għalina l-kbar li qed nerġgħu nħossu dan l-element ta’ ferħ, tħoss dan l-karattru li qed tagħmel ta’ annimal jagħtik dak is-sabiħ li jagħtik il-palk, l-affaxinu li inti tgħix f’dinja separata.”

Tkellimna wkoll ma’ Żarmuġiġa, karattru interpretat minn Phyllisienne Brincat. Hija stqarret magħna: “Dan huwa r-renju tiegħi nista’ ngħid jiena għax il-palk jogħġobni ħafna u din il-parti vera qed inħossni qisni tifla żgħira għalkemm jiena nanna.”

Din il-produzzjoni ta’ siegħa mimlija praspar mistennija tintlaqa’ sew mit-tfal u anki l-kbar li wkoll huma mistiedna jarawha fi tmiem din il-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend