Robert Abela bl-ewwel diskors tiegħu bħala mexxej f’Konferenza Ġenerali tal-PL – One News

Notifiki

Robert Abela bl-ewwel diskors tiegħu bħala mexxej f’Konferenza Ġenerali tal-PL

Nhar il-Ħadd li ġej il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jindirizza l-ewwel konferenza ġenerali straordinarja tiegħu bħala l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.

Matul din il-konferenza ġenerali se jkun qed jitlaq proċess uffiċjali li l-Partit Laburista se jkun qed jgħaddi minnu propju din is-sena, is-sena li fiha se jiġi ċċelebrat l-mitt anniversarju mit-twaqqif tiegħu.

Il-kap eżekuttiv tal-Partit Laburista stqarr ukoll li hemm stennija kbira għal din il-konferenza ġenerali straordinarja li għaliha kulħadd huwa mistieden li jattendi “hija konferenza ġenerali straordinarja mistennija ferm għal żewġ raġunijiet, l-ewwel ħaġa għaliex se tkun l-ewwel darba li Robert Abela se jkun qed jindirizza lill-konferenza ġenerali bħala mexxej u allura l-istennija hija kbira u aħna qed nistiednu lin-nies, lill-pubbliku biex jiġi u jattendi fil-Ħamrun, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend