Omtzigt sodisfatt bil-ħidma tal-Gvern favur is-saltna tad-dritt – One News

Omtzigt sodisfatt bil-ħidma tal-Gvern favur is-saltna tad-dritt

Ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt laqa’ l-ħidma tal-Gvern matul dawn l-aħħar xhur favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Omtzigt stqarr dan f’kummenti li ta lill-midja wara laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Robert Abela fil-berġa ta’ Kastilja.

Omtzigt qal: “It was very positive to have a meeting with the Prime Minister and the cabinet and to have a very frank and open discussion about things that happened in Malta over the last few years and the plans which the new Government has made which I appreciate and I very much am looking foward for the results of these plans.”

Omzigt stqarr ukoll li ħassu milqugħ mill-Prim Ministru Ablea f’din l-ewwel laqgħa tagħhom u laqa’ l-fatt li bdew jiġu implimentati numru ta’ bidliet: “Well you see I’m frank speaking and you noticed that obviously when I’m there but the attitude is that there is some reception and that this Government has intention to make changes and it started with making those changes.”

Matul il-laqgħa l-Prim Ministru Abela tkellem dwar riformi li saru mill-Gvern Malti matul dawn l-aħħar xhur fejn tidħol is-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Dr Abela fakkar ukoll kif il-Gvern beda jimplimenta r-rakkomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Abela semma l-introduzzjoni tal-Avukat tal-Istat li nħatar wara sejħa pubblika u tkellem ukoll dwar ir-riforma li qed issir dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid.

Abela fakkar lil Omtzigt li wara r-riżenja tal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar, il-Gvern nieda mod ġdid u aktar trasparenti ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija.

Spjega li dan se jinħatar wara sejħa pubblika maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Spjega li din il-Kummissjoni għandha żewġ rappreżentanti tal-Gvern, tnejn tal-Oppożizzjoni u Chairman li huwa maqbul bejn iż-żewġ partijiet.

Spjega li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku se tmexxi dan il-proċess ta’ sejħa pubblika fejn il-kandidati eliġibbli se jkunu imbagħad qed jgħaddu quddiem kumitat parlamentari bil-preżenza ta’ deputati miż-żewġ naħat tal-kamra għal grilling.

Il-Prim Ministru qal ukoll li f’każ li jkun hemm ċirkostanzi li jesiġu tneħħija tal-Kummissarju tal-Pulizija, din tista’ ssir biss mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Dwar il-Korp tal-Pulizija, il-Prim Ministru qal li bħalissa għaddejja ħidma sabiex ix-xogħol tal-prosekuzzjoni jibda jsir mill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat. B’dan il-mod il-Pulizija se jitneħħielha l-irwol tal-prosekuzzjoni u tiffoka biss fuq il-ħidma investigattiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. X’suppost nagħmlu issa noqomsu u nogħlew bil-ferħ għax dan sodisfatt!!!? Għax ma jmurx l-Ungerija dan?! Għax ma jmurx il-Polonja? U ħalluna!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend