L-attur tal-film 300 se jkun qed iġorr it-torċa fi Sparta – One News

Notifiki

L-attur tal-film 300 se jkun qed iġorr it-torċa fi Sparta

L-attur Gerard Butler huwa mistenni li jġorr it-torċa ta’ Sparta qabel il-logħob tal-Olimpjadi li se jsiru fis-sajf li ġej fil-belt Ġappuniża, Tokyo.

Is-Sindku ta’ Sparta, Petros Doukas ikkonferma li Butler, l-attur li ħadem fil-film 300, se jkun qed iġorr it-torċa fl-14 ta’ Marzu. L-attur Skoċċiż ħadem il-parti tar-re Leonidas, fil-film ibbażat fuq il-battalja ta’ Thermopylae fis-sena 480 qabel Kristu.

Gerard Butler se jkun ukoll fil-belt ta’ Sparta f’għeluq l-2,500 anniversarju mill-battalja kontra l-qawwa tal-Persja li riedet tieħu l-Greċja kollha taħt idejha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend