Jibqa’ stabbli n-numru ta’ każijiet tal-Coronavirus barra miċ-Ċina – One News

Notifiki

Jibqa’ stabbli n-numru ta’ każijiet tal-Coronavirus barra miċ-Ċina

L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, l-WHO qalet illi l-każijiet tal-Coronavirus mhux qed jiżdiedu b’mod allarmanti barra miċ-Ċina minkejja ż-żidiet ta’ każijiet fil-provinċja ta’ Hubei. Skont il-WHO ma kien hemm l-ebda tibdil kbir fix-xejra ta’ numru ta’ mwiet jew tixrid tal-virus.

Dan minkejja li l-Kummissjoni Nazzjonali Ċiniża tas-Saħħa qalet li fil-jum tal-Ħamis in-numru ta’ infezzjonijiet żdiedet, minn ftit aktar minn 5,000 każ għal kważi 56,000 każ.

Skont l-aħħar ċifra ta’ mwiet ġodda fiċ-Ċina hija ta’ 121 persuna u għalhekk in-numru ta’ mwiet fiċ-Ċina kawża tal-Coronavirus laħaq kważi l-1,400 persuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend