Isma’ l-kanzunetta ta’ James Bond li jmiss – One News

Notifiki

Isma’ l-kanzunetta ta’ James Bond li jmiss

No Time To Die hija l-kanzunetta għall-25 edizzjoni tal-film ta’ James Bond. Il-kanzunetta li hi ballad li kitbet, ipproduċiet u kantant il-kantanta żagħżugħa Billie Eilish, hija waħda drammatika li tagħti ħjiel li l-istorja tal-film li se jittratta it-tradiment tal-aġent James Bond, karrattru interpretat mill-attur Daniel Craig. In fatti, parti mil-lirika tgħid ‘qatt ma kont miegħi’ bħala referenza tal-qerq li hu mistenni li jgħaddi minnu l-aġent.

Il-kanzunetta li tpoġġiet fuq il-midja soċjali YouTube fis-1:00 ta’ dalgħodu ħin lokali, li fl-ewwel ftit sigħat diġà rawha ‘l fuq minn 3 miljun persuna u qed tirċievi bosta kummenti pożittivi.

Eilish li għad għandha 18-il sena diġà qed turi li hija artista b’kapaċità kbira, li din is-sena hija ġarret ħames Grammy Awards fosthom l-aqwa artista ġdida kif ukoll l-aqwa kanzunetta.

Ara l-filmat biex tisma’ l-kanzunetta hawn taħt:

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend