Il-PM Robert Abela f’laqgħa ma’ Pieter Omtzigt – One News

Il-PM Robert Abela f’laqgħa ma’ Pieter Omtzigt


Il-Prim Ministru Robert Abela assigura li Malta se tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex issaħħaħ is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna u s-saltna tad-dritt bil-għan li twassal għal governanza aktar b’saħħitha.

Dr Abela qal dan f’laqgħa li kellu f’Kastilja mar-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt.

Il-Prim Ministru ħabbar li wara bidliet li daħlu fis-seħħ sitt snin ilu fis-sistema tal-ħatra tal-ġudikanti, u wara r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Venezja, il-Gvern qiegħed iħares lejn sistema fejn il-Kummissjoni għall-Ħatra tal-Ġudikanti jkollha nofs il-membri tagħha magħmulha mill-ġudikanti nfushom biex tassigura aktar trasparenza. Hu stqarr: “At least half of the members of the jac will be members of the judiciary at least half possibly more than half of the members of the judiciary.”

Il-Prim Ministru saħaq li Malta mhix se toqgħod tkaxkar saqajha biex timplimenta l-bidliet meħtieġa. Qal li f’xahar mindu ħa t-tmexxija tal-pajjiż, il-Gvern diġà beda jimplimenta bosta bidliet għax sostna li Malta hija demokrazija ħajja li temmen fis-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.

Fost diversi bidliet semma’ l-introduzzjoni tal-Avukat tal-Istat li nħatar b’sejħa pubblika u r-riforma dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid b’sejħa pubblika u skrutinju miż-żewġ naħat tal-kamra.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar bidliet importanti biex jinfatmu l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenearli u l-Avukat tal-Istat. Semma wkoll li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jifred il-funzjonijiiet tal-Pulizija li xogħolha se jkun li tinvestiga waqt li l-Avukat Ġenerali se jkun responsabbli mill-prosekuzzjoni.

F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem il-laqgħa, ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt laqa’ l-ħidma tal-Gvern favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna.

Omtzigt sostna: “It was very positive to have a meeting with the Prime Minister and the cabinet and to have a very frank and open discussion about things that happened in Malta over the last few years and the plans which the new Government has made which I appreciate and I very much am looking foward for the results of these plans.”

Is-Sur Omzigt stqarr ukoll li ħassu milqugħ mill-Prim Ministru Ablea f’din l-ewwel laqgħa tagħhom u laqa’ l-fatt li bdew jiġu implimentati numru ta’ bidliet. Huwa qal: “Well you see I’m frank speaking and you noticed that obviously when I’m there but the attitude is that there is some reception and that this Government has intention to make changes and it started with making those changes.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan ma ġiex fl-interess tagħna imma fl-interess ta pajjiżu u ta oħrajn imma fl-interess tagħna żgur li le. Ma nħallux min jiddettalna għax nintilfu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend