Deputati tal-PN kissru lil Delia u lill-Partit – Robert Arrigo – One News

Notifiki

Deputati tal-PN kissru lil Delia u lill-Partit – Robert Arrigo


Il-firda u l-qasma fonda fil-Partit Nazzjonalista kompla jesprimiha fuq l-istazzjon Nazzjonalista stess il-Viċi-Kap uxxenti Robert Arrigo.

Huwa ddikjara li fil-grupp parlamentari m’hemmx għaqda wara l-Kap Adrian Delia: “Ċertu Membri Parlamentari li riedu jkissru lil Adrian imma biex tkisser lil Adrian trid tkisser lill-Partit.”

Arrigo tefa’ botta lejn il-fazzjoni ta’ Busuttil u fisser kif din għamlet ħsara lill-Partit f’tal-Pietà. Huwa tenna: “L-over riding kienet li nagħmlu ħsara lill-Partit.”

Arrigo fetħilha bl-ikrah kontra ta’ Busuttil u saħaq li kien hemm min ma ħax gost bil-fazzjoni ta’ Delia. Huwa stqarr: “Biss imma hemm min yes ma ħax pjaċir li jkun hawn dawn, hemm nies minn tagħna li ma ħadux pjaċir li jkun hawn dawn in-nies ġodda.”

Arrigo għadda messaġġ dirett lil Jason Azzopardi meta reġa’ mar fuq Facebook jattakka lil Delia: “Imma aħna kapaċi, għedtha fl-eżekuttiv li we create a storm when there is calm weather.”

Arrigo tkellem ukoll dwar il-qagħda finanzjarja mwiergħa li tħalla fiha l-Partit Nazzjonalista li spiċċat għejjietu. Huwa qal: “Imma ssib mażżra m’għonqok dejjem u tispiċċa tgħajjik.”

F’battuta oħra lejn il-fazzjoni ta’ Busuttil, Arrigo qal li lest ibaxxi rasu għal xi ħadd iżjed bravu minnu. Arrigo sostna: U jiena bniedem li meta nara li inti ma tħalliniex naħdem fis-serenità kif suppost bid-diskussjoni fejn ħa naslu, kif ħa naslu imma tfixkilni allura le, allura hawn xi ħaddieħor bravu iżjed minni, no problem inbaxxi rasi għal dik il-bravura.”

F’Partit maħkum mir-riżenji, Arrigo stieden lil ħaddieħor biex jagħmel bħalu u jirriżenja. Huwa qal: “Aħna l-mistoqsija li staqsejt lill-Eżekuttiv kienet li missna aħna lkoll, anki jien għandi tort ukoll, ma nistħix ngħid u għalhekk ħa nitlaq għax għandi tort, ħaddieħor, segwa dak il-pass?”

Fuq kollox spikka l-fatt li l-għaqda m’għandhiex postha fil-Partit Nazzjonalista:

Robert Arrigo: “Imma biex tirranġa ruħek, kulħadd jirranġa ruħek. Jekk inti fid-dar ma tkellimx il-mara, ma tkellimx ir-raġel ma tistax…”

Louise Tedesco: “M’hemmx għaqda fil-familja.”

Robert Arrigo: “M’hemmx għaqda.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend