Żieda ta’ każijiet u mwiet kawża tal-COVID-19 – One News

Notifiki

Żieda ta’ każijiet u mwiet kawża tal-COVID-19

Aktar minn 14,800 każ ġdid ta’ COVID-19 magħruf aħjar bħala n-Novel Corona Virus ġew irrapportati fil-Provinċja ta’ Hubei taċ-Ċina. Uffiċjali tas-saħħa fil-pajjiż kienu qed jużaw metodu ġdid biex jidentifikaw każijiet ta’ COVID-19. Fiċ-Ċina huma stmat li qed imutu medja ta ‘ 242 ruħ kuljum mill-virus li għandu l-istess sintomi ta’ l-influwenza, filwaqt li aktar minn 48 elf każ ta’ COVID-19 issa qed jiġu ttrattati fil-Provinċja ta’ Hubei biss.

Skont il-Kummissjoni tas-saħħa Ċiniża, madwar 33,600 persuna għadhom qed jiġu ttrattati fl-isptarijiet ta’ Hubei fejn madwar ħamest elef u sitt mijja minnhom jingħad li jinsabu f’qagħda kritika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend