Il-Ħamis filogħdu kompliet il-kumpilazzjoni tan-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’awla 22 il-Magistrat Rachel Montebello ordnat sabiex jiġu ppreżentati ż-żewg stqarrijiet li ta l-imputat Fenech lill-Pulizija meta kien taħt arrest fid-depot tal-Pulizija. Il-Ħamis komla jagħti x-xhieda tiegħu l-middleman Melvin Theuma filwaqt li l-ispettur Keith Arnaud ressaq aktar recordings ta’ konversazzjonijiet li seħħew bejn Theuma il-middleman u Yorgen Fenech li huwa l-allegat mandant tal-omiċidju.
L-avukat ta’ Fenech, Marion Camilleri qalet li d-difiża hija mħassba bix-xhieda li qed jagħti Theuma dwar ir-recordings għax fix-xhieda qed jgħid dwar x’jaħseb hu. Fil-Qorti bdew jinstemgħu ukoll ir-recordings bejn il-partijiet implikati fl-omiċidju. Il-Magistrat Rachel Montebello ordnat sabiex jerġgħu jsiru t-transcripts tar-recordings wara li kien hemm numru ta’ żbalji. Wara li x-xhud ilmenta li ma kienx qed jisma ċar, l-Maġistrat qalet li l-Qorti se tkun qed taħtar persuna sabiex tassisiti bit-transcripts.
F’waħda mir-recordings li ssemmiet Caruana Galizia, Yorgen Fenech intema’ jgħid “taf kemm għandha warajha dik?, 3,000 indannati; il-bqija ħadd, lanqas Delia u l-familja.” Hawnhekk Jason Azzopardi staqsa għal liem Delia kien qed jirreferi b’Melvin Theuma jikkonferma li kien qed jgħid għal Adrian Delia, il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.