Samsung jagħżlu lil Malta għall-forum prestiġjuż – One News

Notifiki

Samsung jagħżlu lil Malta għall-forum prestiġjuż

’Il fuq minn tlett elef delegat tal-kumpanija Samsung jinsabu f’Malta biex fuq medda ta’ ħdax il-jum jattendu għall-ikbar konferenza li qatt rat Dar il-Mediterran… is-Samsung Forum 2020/

Din il-konferenza prestiġġjuża li qed tittella minn waħda mill-akbar kumpaniji tal-produttur ta’ smartphones fid-dinja, qiegħda iservi ta’ vetrina għal prodotti li ħafna minnhom għadhom iridu joħorġu fis-suq dinji.

Il-Kap tal-Marketing tal-kumpanija Samsung Benjamin Braun qal li għażlu lil Malta minħabba diversi fatturi fosthom l-istorja u l-ġmiel ta’ Dar il-Mediterran. “When we were looking for a location to host thousands of people together at a Samsung Forum, we look for something which is warm, hospitable and with great service, we found Malta and we are super excited to be here. People are very friendly, food is amazing and the weather is divine.”

Is-Sur Braun qal li dan il-forum jgħin lill-kumpaniji ġġanteska bħal Samsung toffri prodotti bit-teknoloija ta’ għada.

Waqt żjara li għamlet fl-ewwel jum tal-konferenza, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli innotat li d-delegati li ġew għall-konferenza, imlew il-biċċa l-kbira tal-lukandi taż ħames stilel f’Malta.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li l-klima, il-pożizzjoni strateġika ta’ Malta fil-Mediterran, u l-konnessjonijiet tajba għat-titjiriet huma uħud mir-raġunijiet ewlenin għax il-kumpanija Samsung għażlet lill-pajjiżna biex tospita dan il-forum. “Għalina huwa dejjem ta’ unur li Malta titpoġġa fil-pjattaforma internazzjonali, Samsung li għażlu lil Malta bħala destinazzjoni tagħhom, b’kollox tlett elef delegat illi se jkun qiegħed f’pajjiżna għall-ħdax-il ġurnata li jmiss.”

Hija temmet tħgid kif it-turiżmu kummerċjali huwa qasam importanti għat-turiżmu f’pajjiżna tant li fl-2018 kienet sena rekord għat-turiżmu kummerċjali, bil-wasla ta’ 130,000 delegat li żaru pajjiżna għal- laqgħat, konferenzi u esebizzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend