Fi stqarrija l-Miniseru għall-Affarijiet Barranin laqa’ ir-riżoluzzjoni tal-bieraħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda b’rabta mal-paċi fil-Libja. Din ir-riżoluzzjoni għamlet aċċen fuq il-ħidma tal-komunità internazzjonali fil-konferenza ta’ Berlin li ttellgħet fid-19 ta’ Jannar li għadda.
F’Berlin, intalab għal ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u mekkaniżmu ċar ta’ monitoraġġ u verifika mill-Kummissjoni Kunġunta Militari tal-5+5.
Malta saħqet ukoll dwar l-importanza ta’ din ir-riżoluzzjoni u talbet lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda sabiex jirraporta kull progress dwar is-sitwazzjoni. L-istqarrija qalet li din ir-riżoluzzjoni qed timmarka pass fid-direzzjoni t-tajba favur il-paċi fil-Libja u stabbiltà fir-reġjun.