Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li Malta se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-UE fl-2020 u fl-2021 – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li Malta se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-UE fl-2020 u fl-2021

It-tbassir ekonomiku tax-xitwa ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea jgħid din is-sena u s-sena d-dieħla Malta se jerġa’ jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qalet li wara tkabbir ekonomiku b’saħħtu fl-aħħar snin, din is-sena, il-ġid nazzjonali ta’ Malta mistenni jikber b’erbgħa fil-mija.

Il-Kummissjoni qalet li din hija l-ikbar rata ta’ tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi Ewropej. It-tkabbir imbassar għal Malta huwa kważi tliet il-medja Ewropea. B’kuntrast l-ekonomija Taljana, hija l-inqas li se tikber din is-sena bi tkabbir ta’ 0.3%.

Fir-rapport tagħhom dwar Malta, l-ekonomisti Ewropej qalu li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta s-sena li għaddiet b’rata ta’ 4.5 fil-mija kien sostnut minn żieda fil-konsum u fl-impjiegi. Fil-fatt il-Kummissjoni tgħid li domestic demand remained the main growth driver in 2019, with private consumption supported by a strong labour market. Żiedet tgħid li public consumption and investment remained solid.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li anke s-sena d-dieħla, Malta se jkollha l-ogħla r-rata ta’ tkabbir fost il-pajjiżi kollha Ewropej. L-ekonomisti tal-Kummissjoni qalu li fl-elfejn wieħed u għoxrin Malta se jkollha rata ta’ tkabbir ta’ 3.7 fil-mija, li mhux biss hija l-ogħla waħda, iżda hija wkoll darbtejn u nofs aktar mill-medja Ewropea.

Fil-fatt, il-Kummissjoni qalet t-tkabbir fl-investiment is set to remain strong.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend