Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu qiegħed fuq strajk tal-guħ u ilu jumejn ma jiekol. Sorsi tagħna qalulna li l-Fulu irid ibiddel id-diviżjoni u ma jridx joqgħod fid-diviżjoni li qiegħed fiha bħalissa. Din iċ-ċirkostanza żviluppat wara li fis-Sajf li għadda l-Fulu kellu argument ma’ David Norbert Schembri, priġunier li qiegħed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs. Sorsi tagħna qalulna li r-relazzjoni bejn l-aħwa Degiorgio u Schembri ilha ħażina sa mis-Sajf li għadda hekk kif Schembri kien pprova jismot liċ-Ċiniż b’thermos.
La mhux tgħaddi tieghu fil-ħabs, il-Fulu waqaf jiekol u mar fuq strajk tal-guħ. Alfred flimkien ma ħuh George u Vince Muscat ilhom jinżammu arrestati minn Diċembru 2017 b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.