Ħati ta’ qtil involontarju ta’ sieħbu wara li saq fis-sakra f’Għawdex – One News

Notifiki

Ħati ta’ qtil involontarju ta’ sieħbu wara li saq fis-sakra f’Għawdex

Terence Tanti ngħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu ta’ 22 sena wara li sitt snin ilu ħabat ma’ ħajt waqt li kien qed isuq b’veloċità, fis-sakra u possibilment taħt l-effett tas-sustanzi illeċiti.

Dakinhar tal-inċident, li seħħ nhar l-ewwel tas-sena tal-2015 fin-Nadur, Matthew Meilak, student tal-liġi ta’ 22 sena tilef ħajtu kawża ta’ ġrieħi f’rasu ma’ arblu wara li tar mill-karozza li kien qed isuq Tanti.

Matthew Meilak kien tilef ħajtu f’dan l-inċident

Id-difiża qalet li Tanti tilef il-kontroll tal-karozza wara li kisser ball joint tal-karozza kawża ta’ ħofra li kienet mgħerrqa bl-ilma. Madankollu l-investigaturi kkonkludew ukoll li Tanti kien qed isuq b’veloċita eċċessiva waqt li kien f’dawra u li kellu t-tyres tal-karozza mhux tajbin biex jintu’aw fit-triq.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti nnutat ukoll li minħabba l-alkoħol li kien ikkonsma qabel waqt festin privat nhar l-aħħar tas-sena Tanti ħalla effett negattiv fuq il-funzjoni u l-kapaċità tas-sewwieq.

Fl-istess waqt il-Qorti qalet ukoll li fattur ieħor li wassal għall-mewt tal-vittma kien li ma libisx is-seatbelt. Fis-sentenza l-Maġistrat Audrey Demicoli qalet ukoll li l-passiġġieri kollha kienu mal-vittma waqt il-festin u kollha kienu jafu li kkonsma l-alkoħol qabel ma daħlu fil-karozza miegħu.

Apparti s-sentenza sospiża Tanti kien ordnat iħallas €2,724 fi spejjeż tal-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend