Ġimgħa jistenna taqbida bejn żewġt iġrieden li rebbħitu unur – One News

Notifiki

Ġimgħa jistenna taqbida bejn żewġt iġrieden li rebbħitu unur

Ritratt ta’ żewġ ġrieden jitqabdu fuq pjattaforma tal-metro ta’ Londra wassal lill-fotografu Sam Rowley sabiex jirbaħ l-unur tal-LUMIX Wildlife Photographer of the Year. Kull min ġieli vjaġġa bil-metro ta’ Londra żġur iltaqa’ mal-ġrieden li jkunu qed iħufu għal xi loqma ikel bejn il-binarji tal-ferrovija. Għalhekk, Rowley qatta’ ġimgħa jgħix ġo stazzjon jistenna dan il-mument fejn żewġ ġrieden spiċċaw jiġġieldu għal biċċa ikel li aktar qabel kienet intremiet fl-art minn xi passiġġier.

Il-fotografu stqarr ukoll li jinsab affaxinat bil-perseveranza għall-għixien ta’ dawn l-annimali li jqattgħu ħajjithom jgħixu sulari taħt l-art u ‘l bogħod minn kull dawl tax-xemx u f’post fejn imqar tikber ħaxixa waħda.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend