Irġiel miżżewġa ma jistgħux isiru qassisin fl-Amażonja minkejja nuqqas kbir – One News

Notifiki

Irġiel miżżewġa ma jistgħux isiru qassisin fl-Amażonja minkejja nuqqas kbir

Il-Papa Franġisku m’aċċettax li rġiel miżżewġa fl-Amażon jitħallew isiru qassisin minkejja li hemm nuqqas ta’ Qassisin Kattoliċi f’dan ir-reġjun.

Din il-proposta kienet sabet l-appoġġ ta’ bosta isqfijiet is-sena li għaddiet, iżda kellha bżonn l-approvazzjoni mill-Kap tal-Knisja biex tidħol fis-seħħ. Dan minħabba li Qassisin Kattoliċi huma marbuta bir-regola taċ-ċelebat bħala turija ta’ devozzjoni lejn Alla.

Fi starrija l-Vatikan appella biex isqfijiet fir-reġjun jippromwovu l-vokazzjoni u ħeġġeġ biex missjunarji prospettivi jivvjaġġaw lejn l-Amażon.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend