Titnieda app ġdida tal-112MT – One News

Titnieda app ġdida tal-112MT


Emerġenza taf tfisser ħajja jew mewt. Għal dan il-għan il-Gvern flimkien ma’ servizz.gov nieda app ġdida tal-112.

App li tgħaqqad il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, l-Armata u l-Isptar Mater Dei.

Din l-app fiha diversi inizjattivi fosthom l-abilità li tindika lokazzjoni real time meta wieħed jitlob l-għajnuna.

Toffri wkoll lista tan-numri tat-telefon ta’ għases differenti kif ukoll l-għażla li tirraporta reat li jkun qed isir.

Il-Ministru Bryon Camilleri qal li b’dan qed titwettaq wegħda elettorali li jissaħħu r-riżorsi għall-forzi tal-ordni sabiex jaqdu dmirhom b’mod effiċjenti. Spjega wkoll li matul is-sena li għaddiet fuq in-numru 112 saru iktar minn 380,000 sejħa – iżda fisser kif mat-300,000 minnhom ma kinux ta’ emerġenza vera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend