Suldati Amerikani bi ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk fl-Iraq – One News

Notifiki

Suldati Amerikani bi ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk fl-Iraq

109 suldati Amerikani qed isofri ġrieħi trawmatiċi f’rashom wara attakk f’bażi Amerikana fl-Iraq fit-8 ta’ Jannar li għadda minn qawwiet Iranjani. Dan kien ikkonfermat mill-Pentagon tard it-Tnejn filgħaxija minkejja li għall-bidu l-President Donald Trump qal li l-ebda suldat Amerikan ma ndarab f’dan l-attakk.
Minkejja kollox il-Pentagon qalet ukoll li kważi 70% ta’ dawn l-istess membri tas-servizz diġà rritornaw għax-xogħol.

L-attakk tat-8 ta’ Jannar kien xprunat minn tensjoni bejn l-Iran u l-Istati Uniti wara li l-Gvern Amerikan ordna l-qtil ta’ Ġeneral Iranjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend