Ir-riforma tal-ġudikanti hija prijorità għall-Gvern – One News

Ir-riforma tal-ġudikanti hija prijorità għall-Gvern

F’laqgħa bejn il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u l-Kamra tal-Avukati ġew diskussi l-ħatra u t-tneħħija tal-ġudikanti u r-riforma tal-istess ġudikanti.

Intqal li dwar dawn it-temi dejjem għandna nħarsu lejn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li r-riforma tal-ġudikanti hija priorità assoluta u saħaq li se jkun qed jaħdem id f’id mal-Kamra tal-Avukati biex jinstab l-aħjar metodu fl-iqsar żmien possibbli.

Tenna l-impenn tal-Gvern li jara biex kull min jidħol il-Qorti jkun fiċ-ċentru tat-tibdil li jseħħ.

Il-Kamra tal-Avukati semmiet l-importanza li tgħaddi l-liġi dwar ir-regolarizzazzjoni tal-professjoni legali u l-Ministru wiegħed li din se tingħata importanza wara li jiġu mgħarbla l-punti kollha li jolqtu l-partijiet involuti.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mhux aħjar taraw li l-każ dwar iż-żejt u l-każ ta Għawdex tal-whistle-blower ikomplu jinstemgħu u mhux waqfu zoptu waqt li każ ieħor qed jiġri daqs żiemel maħrub. Il-ġustizzja trid issir ma kulħadd.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend