Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa’ ma’ Destiny Chukunyere – One News

Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa’ ma’ Destiny Chukunyere

“Destiny, inti tagħmilna kburin”. Dan kien il-kliem ta’ awguri mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-PBS, hekk kif dalgħodu laqa’ lill-kantanta rebbieħa ta’ Xfactor Malta Destiny Chukunyere. Il-Ministru Abela feraħ lil Destiny tat-talent żviluppat mużikali tagħha u lill-PBS tar-rwol importanti li kellhom ta’ kif inħareġ il-prodott tal-Xfactor Malta fuq it-televiżjoni, li jipprovdi lill-kantanti Maltin u Għawdxin opportunità li jesebixxu t-talent tagħhom’ f’ambjent professjonali.

Semma’ kif għal Destiny minn hawn tibda t-triq għal parteċipazzjoni tagħha f’isem pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2020. Il-PBS ser ikunu qegħdin jaħdmu sabiex isiru l-preparamenti kollha għall-Eurovision. Id-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS is-Sur Charles Dalli.

Abela qal li quddiemha Destiny għandha opportunitajiet kbar biex tkompli tiżviluppa t-talent tagħha u tkompli tagħmel isem għaliha, għall-familja tagħha u għal Malta. Żied jgħid li l-politika ta’ dan il Gvern se tibqa’ waħda li tkompli tappoġġja t-talent kbir li għandna f’dan il-pajjiż f’oqsma differenti, inkluż dak mużikali.

Il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena huwa il-65 edizzjoni u ġġib it-tema Open Up. Din ser tkun organizzata fl-Ahoy Arena ta’ Rotterdam fl-Olanda. Malta se tkun qegħda tieħu sehem fis-semifinali ta’ 12 ta’ Mejju u jekk tikklassifika mal-ewwel 10 f’dik is-semifinali tgħaddi għall-finali li se tkun organizzata fis-16 ta’ Mejju. Ir-riżultat ikun ibbażat fuq il-voti tal-ġurija u televoting.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend