BIL-FILMAT: Titnieda l-kanzunetta “Dil-Mara” tal-kantanta Miriam Christine Gauci – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Titnieda l-kanzunetta “Dil-Mara” tal-kantanta Miriam Christine Gauci

Fit-22 ta’ Novembru 2019, il-kantawtriċi Miriam Christine għamlet ir-ritorn tagħha fix-xena tal-mużika lokali, bit-tnedija t’album ġdid, album li jġib l-isem ta’ “Dil-Mara”. L-album, li jikkonsisti minn 9 kanzunetti oriġinali bil-lingwa Maltija, tela’ fil-quċċata tal-klassifika lokali fuq il-pjattaforma diġitali iTunes.
Proprju llum, l-10 ta’ Frar, ġiet magħżula minn Miriam Christine bħala d-data li fiha tiġi mnedija ttielet kanzunetta, mill-album wara s-suċċess ta’ “Bi Ftit Kliem” u “Mill-Għatba ‘l Ġew”. Il-kanzunetta hija dik prinċipali li l-album imsemmi għaliha. “Dil-Mara”, l-kanzunetta li biha l-album jiġi fi tmiemu, għandha mużika ta’ Miriam Christine u lirika tal-istess Miriam Christine b’kollaborazzjoni m’Emil Calleja Bayliss.

Il-kanzunetta “Dil-Mara” ġiet miktuba għal dawk in-nisa li ħajjithom xejn ma kienet feliċi fejn tidħol limħabba iżda li m’għandhomx jaqtgħu qalbhom mill-futur, għaliex ma jistgħux iħallu l-passat jikkmanda dak li għadu jrid iseħħ. Huma għandhom jibqgħu jemmnu, jippruvaw u jfittxu l-imħabba għaliex fl-aħħar mill-aħħar, x’hemm aktar importanti?

Jekk tixtiequ tiksbu kopja tal-album “Dil-Mara” li fih issibu il-kanzunetta “Dil-Mara” kif ukoll il-kanzunetti li ġew mnedija aktar fis-sena 2019; “Mill-Għatba ‘l Ġew” u “Bi Ftit Kliem”, dan tistgħu tagħmluh onlajn fuq siti digital bħal iTunes, Amazon, Deezer, Apple Music, u Spotify kif ukoll fil-ħwienet ewlenin tal-mużika: D’Amato Records, Exotique u Olimpus Music. Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.dil-mara.com.mt, kif ukoll fuq il-paġni soċjali ta’ Miriam Christine fuq Facebook, Twitter, u Instagram.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend