Alex Agius Saliba nominat għall-MEP Awards 2020 – One News

Alex Agius Saliba nominat għall-MEP Awards 2020

Tmien xhur biss wara li ġie elett bħala Ewro-Parlamentari ġdid, Alex Agius Saliba ġie nominat fl-MEP Awards 2020.

Huwa rnexxielu jagħmilha mal-aħħar tlieta nominati għall-unur fil-kategorija tas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Din in-nominazzjoni ġiet biss ftit jiem wara li l-ġurnal awtorevoli POLITICO EUROPE għażlitu ma’ 19-il MPE ieħor li għandhom ikunu segwiti għax-xogħol li se jkunu qed iwettqu fis-sena 2020. Fil-każ ta’ Alex Agius Saliba POLITICO EUROPE issemmi l-ħidm li se jkun qed jagħmel fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

“Din hija sorpriża kbira li bħala Ewro-Parlamentari ġdid ġejt magħżul bħala wieħed min nominati għall-MEP Awards. Ninsab ukoll onorat li qiegħed wieħed min-nomainti għal dan l-unuru flimkien maż-żewġ kollegi li jgawdu tant rispetti mill-kollegi fi ħdan il-kumitat tas-suq intern.”, qal l-Ewro-Parlamentari Agius Saliba.

“Jekk jirnexxili nikseb dan l-unur verament inkun onorat b’din il-fiduċja, iżda n-nominazzjoni nfusha hija diġà rikonoxximent importanti tax-xogħol li qed nagħmel bħala Ewro-Parlamentari ġdid. Din in-nominazzjoni mhiex biss ta’ sodisfazzjoni għalija, iżda anke għal Malta u l-poplu Malti u Għawdxi li f’Mejju li għadda wrew fiduċja fija. Ninsab sodisfatt li minkejja li ġej mill-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea bix-xogħol li qed nagħmlu bħala Ewro-Parlamentari jista’ jkollna influenza important fuq it-tfassil tal-politika Ewropea.”, sostna Agius Saliba.

L-Ewro-Parlamentari Agius Saliba ġie appuntat rapporteur għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali, leġiżlazzjoni mistennija mill-Kummissjoni Ewropea biex tirregola pjattaformi diġitali bħal Google u Facebook. Dan l-att huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar mandati b’saħħtu għall-ambjent diġitali tal-futur.

Fl-aħħar jiem Agius Saliba nnegozja f’isem il-grupp politiku li jappartjani għalih għal reżoluzzjoni ta’ charger komuni għall-mowbajls. Huwa appell lill-Kummissjoni Ewropea sabiex taħdem fuq charger komuni għal tagħmir elettroniku żgħir u medju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend