Matul il-jum tal-Ħadd l-Isvizzera ser tkun qed tivvota fuq il-proposta ta’ liġi li tressqet fejn tikkundanna diskriminazzjoni fuq abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali u identita sesswali.
Fl-Isvezja ġa huwa mejqus bħala llegali d-diskriminazzjoni fuq abbażi ta’ razza jew reliġjon. Il-komunità LGBT qed tittama li tingħata protezzjoni legali fuq din ukoll. Avversarji qed jargumentaw li din tista twassal għal restrizzjoni fuq il-liberta tal-espressjoni.
Kelliema għal Swiss Lesbian Organisation tenniet li diversi Svizzeri għandhom ħabta li jqisu u jiftaħru b’kemm pajjiżhom hu modern. Saħqet li minkejja huwa pajjiż sinjur għadna l-bogħod minn dak modern. Hekk kif fir-Rainbow Map l-Isvezja kklassifikat fit-23 post minn 49 pajjiż li jirrispettaw u jħarsu d-drittijiet tal-LGBT.