Alex Borg ikun impenjat fil-‘Welsh Snooker Open’ il-ġimgħa d-dieħla – One News

Notifiki

Alex Borg ikun impenjat fil-‘Welsh Snooker Open’ il-ġimgħa d-dieħla

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg il-ġimgħa d-dieħla se jkun impenjat fil-Welsh Open organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-turnament ser jintlagħab fil-Motor Point Arena f’Cardiff bejn nhar it-Tnejn li ġej u l-Ħadd 16 ta’ Frar.

Borg ikun fl-azzjoni proprju nhar it-Tnejn fit-3:00 ta’ waranofsinhar (ħin ta’ Malta) meta jiltaqa’ kontra l-plejer Irlandiż Jordan Brown fl-ewwel round. Il-logħba tkun l-aħjar minn 7 frames u r-rebbieħ jiltaqa’ kontra min jirbaħ fil-logħba bejn Mark Williams u Oliver Lines.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend