Fuq ix-xandir tal-istat, Dr Mario Thomas Vassallo, lettur fl-Università ta’ Malta li jgħallem il-politika, tkellem fuq il-firda u l-qasma fonda li teżisti fil-Partit Nazzjonalista.
Dr Vassallo kritika l-fatt li Louis Galea, veteran fil-Partit Nazzjonalista, tqabbad biex jipprova jirriforma lill-partit.
Skont il-lettur fl-Università Dr Mario Thomas Vassallo, dan kellu jsir mill-Kap innifsu iżda dan kien imminat minn ġewwa. Huwa stqarr: “Jiena nemmen li r-riforma kellha titmexxa mill-Kap. Nemmen ukoll li dan ma setax jagħmlu għaliex hu kien imminat minn ġewwa.”
L-istampa ċara ta’ fazzjoni taqta’ saqajn oħra, Dr Vassallo nnotaha u fisser kif tal-Occupy Justice, Repubblika u Manuel Delia kienu parti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li ħallew il-firda ssaltan fil-Partit Nazzjonalista.
Huwa sostna: “Kien hemm wisq indħil ta’ Membri Parlamentari li donnhom ma setgħux jaħdmu ġol-Partit Nazzjonalista u sabu refuġju fis-soċjetà ċivili.”
Il-mibegħda u l-firda li propju semma Robert Arrigo f’ittra li bagħat lill-grupp parlamentari, fejn qal li se jkun qed jirriżenja minn Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, ddeskriviha wkoll l-akkademiku Dr Vassallo fuq ix-xandir tal-istat.
Huwa stqarr: “Imma issa jidher li dawk ix-xquq saru konsenturi.”