Ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament, l-Oppożizzjoni lanqas użat il-ħin tagħha fl-aġġornament.
Wara li ntemmet id-diskussjoni dwar l-att li jemenda l-ordinanza għall-mediċini perikolużi, l-Ispeaker dar fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni biex jara għandhiex rimarki iżda ħadd ma qam biex jagħmel l-aġġornament.
Il-ħin tal-aġġornament fil-Parlament huwa meqjus bħala ħin importanti li fih kull membru parlamentari jista’ jqum jitkellem fuq xiex irid.
Din il-ġimgħa stess, id-deputat Nazzjonalista Chris Said ilmenta għaliex il-Gvern irriduċa l-ħin tal-mistoqsijiet meta l-Ministru Edward Zammit Lewis tkellem dwar il-vjolenza domestika.
Iżda issa l-Oppożizzjoni lanqas użat il-ħin tagħha fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.