Justin Borg ta’ 33 sena minn Ħal Safi se jitressaq il-qorti mixli bil-qtil tal-ex sieħba tiegħu Chantelle Chetcuti ta’ 34 sena.
Huwa se jiġi mixli wkoll li kien fil-pussess ta’ droga fost akkużi oħra.
Chantelle, omm ta’ żewġt ibniet mietet tard it-Tnejn filgħaxija fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li qalgħet ħames daqqiet ta’ sikkina f’bosta partijiet ta’ ġisimha inkluż f’rasha u f’għonqha.
Il-Pulizija qalet li Borg se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea , mill-Ispetturi Kurt Zahra mill-Iskwadra tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u Joanna Piscopo tad-Distrett.
Żiedet tgħid li Borg li huwa wkoll missier iż-żewġ ulied tal-vittma se jkun akkużat bl-omiċidju, wara li tard ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija kienet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li sfortunatament il-mara ta’ 34 sena tilfet ħajjitha.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/03/tmut-l-omm-li-qalghet-hames-daqqiet-ta-sikkina-fhaz-zabbar/
http://www.one.com.mt/2020/02/02/aggornat-mara-fil-periklu-tal-mewt-wara-li-qalghet-5-daqqiet-ta-sikkina-minn-missier-uliedha/