Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar li t-Tnejn filgħodu, tqiegħed f’postu l-aħħar travu tas-seba’ flyovers tal-Marsa.
Dr Borg ta ħajr lill-Infrastructure Malta u lill-ħaddiema kollha li qegħdin jaħdmu lejl u nhar, biex dan il-proġett jitwettaq bl-aħjar mod u fl-inqas żmien possibbli.
Huwa qal li l-Gvern jinsab impenjat li s-sewwieqa Maltin jibdew jużaw l-erba’ flyovers li jmiss sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej.