Diversi persuni kienu midruba permezz ta’ arma fi Streatham fin-Nofsinhar ta’ Londra.
Midja Ingliża qiegħda tirrapporta li hemm ukoll li l-moħħ wara dan l-att li nqatel mill-pulizija permezz ta’ tir.
Il-pulizija qed tiddiskrivi dan l-att bħala attakk terroristiku.
Diversi xhieda qalu li t-triq kummerċjali ngħalqet u fuq il-post hemm diversi pulizija u minn tal-inqas 10 ambulanzi.
Ritratti fuq il-midja soċjali wrew raġel wiċċi ‘l isfel fl-art barra l-istabbiliment Boots u uffiċjal tal-pulizija li kien f’idejh pistola biswit karozza tat-tip BMW.