Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta għamlet referenza għal rapport fil-gazzetti dwar l-allegata qagħda finanzjarja ħażina li tinsab fiha l-Air Malta u qalet dan kollu ma sarx fuq dikjarazzjonijiet finanzjarji vverifikati.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li dawn ir-rapport mhux bbażati fuq rapporti finanzjarji awditjati li jirifflettu s-sitwazzjoni preċiża operattiva tal-kumpanija. Qalet li għalhekk dawn ir-rapport jista’ jkun fihom xi element spekulattiv.
L-Air Malta qalet li se tkompli bir-ri-organizzazzjoni tagħha biex tkun dejjem aktar effiċjenti u żżid id-dħul, filwaqt li tkompli ġġorr iżjed passiġġieri u topera f’ambjent kompetittiv.
Temmet tgħid li l-Air Malta qatt m’għandha ssir ballun politiku u ġġarrab ħsara.