Il-Ministeru għal Għawdex tenna li r-responsabbiltà tas-settur tal-kaċċa u l-insib ġiet mogħtija lilu b’deċiżjoni tal-Gvern biex jesegwixxi bl-istess impenn tal-aħħar snin.
Il-Ministeru qal dan fi stqarrija b’referenza għall-protest ġudizzjarju li sar minn Birdlife Malta.
Qal li hu żgur hu li f’dan l-impenn se jibqa’ jkun hemm bilanċ adegwat bejn dawk li huma drittijiet tal-kaċċaturi u rispett lejn l-ambjent u l-liġijiet.