Persuna ttieħdet l-isptar wara li ndarbet f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn karrozza tal-għamla Volkswagen fl-inħawi tal-Għargħur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45 p.m. fi triq li minn Birguma twassal lis-sewwieqa għal Tal-Balal. Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.
Il-kundizzjoni tal-persuna li ttieħdet l-isptar għadha mhix magħrufa.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.