F’aħbar li għadha kemm daħlitilna issa, anzjan ittieħed b’ambulanza l-isptar wara li ttajjar minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident ġara fis-sebgħa ta’ filgħaxija fi Vjal il-Ħelsien.
Fuq il-post minnufih waslet ambulanza li tat l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Il-kundizzjoni medika għadha mhiex magħrufa.