Lufthansa tilqa’ fil-hangars tagħha l-ewwel ajruplan A350 għat-tiswija – One News

Lufthansa tilqa’ fil-hangars tagħha l-ewwel ajruplan A350 għat-tiswija


L-ewwel Airbus A350 tal-kumpanija Lufthansa wasal f’pajjiżna hekk kif il-manutenzjoni u t-tiswija tiegħu se tkun kollha kemm hi f’idejn il-ħaddiema Maltin. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Lufthansa Technic, Marcus Montsenbacher spjega kif dan l-ajruplan huwa t-triq il’ quddiem għas-settur tal-avjazzjoni minħabba l-attrezzar modern li fih. Stqarr li 85% tal-ħaddiema tal-kumpanija huma Maltin u li dawn kollha huma mħarrġa u preparati biex jaħdmu fuq ajruplani ta’ dan il-livell.

Huwa stqarr li dan l-ajruplan li wasal f’pajjiżna itir fuq titjiriet twal: “The support of the respective government ministries and the schemes that have been applied have been very helpful for us aswell in the setting up of the company and the future development.”

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Silvio Schembri spjega kif il-proġett huwa investiment li jolqot firxa wiesgħa ta’ impjegati u għalhekk il-Gvern irid jara li jkompli jkabbar il-kollaborazzjoni ma’ kumpaniji internazzjonali rinomati.

Il-Ministru Schembri sostna: “Dan huwa l-mod kif irridu naħdmu. Nesplojtjaw kemm jista’ jkun il-kuntatti li għandna ma dawn il-kumpaniji ħalli naraw li nġibu lejn pajjiżna iktar negozju li mbagħad irendi f’opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Owen Bonnici stqarr li dan l-investiment juri l-fiduċja li dawn il-kumpaniji għandhom fil-ħaddiem Malti u għalhekk saħaq fuq l-importanza li jkompli jikber it-taħriġ offrut lill-istudenti f’pajjiżna.

Dr Bonnici spjega: “Minn 650 impjegat, wieħed minn kull ħamsa huwa student li qed jiġi ‘trainjat’ f’din il-ħidma u naraw ukoll li hemm b’kollox 500 persuna illi permezz tal-ħidma bejn Mcast u Lufthansa technic, propju sabu karriera f’dan is-settur.” 

Il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli saħqet dwar l-importanza li tkompli tikber il-konnettività ma’ pajjiżi oħra bl-introduzzjoni ta’ iżjed rotot ta’ titjiriet minn u lejn pajjiżna.

Il-Ministru Farrugia Portelli sostniet: “Irridu naraw li Malta tkun, il-konnettività tagħna ma pajjiżi oħra nkomplu inżiduhom minn 90 destinazzjoni, tlajna 130, inħarsu il-quddiem biex inkomplu inżidu dawn ir-rotot minn u lejn Malta.” 

Il-kumpanija Lufthansa Technic Malta għandha ċertifikazzjoni bħala l-ewwel kumpanija fil-grupp Lufthansa Technik, li kapaċi tagħmel manutenzjoni fuq l-aktar ajruplani moderni, bħall-ajruplan li wasal f’pajjiżna.

Il-kumpanija għaddejja wkoll fuq proġett ieħor ta’ bini ta’ hangar ġdid qrib il-faċilitajiet li għandha.

Lufthansa Technic Malta investiet aktar minn €3,600,000 biex tkun tista’ tagħmel manutenzjoni fuq l-aktar ajruplani moderni fis-suq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend