Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-kuntratt li ngħata l-ex Ministru Konrad Mizzi ġie tterminat u mħassar b’effett immedjat.
Fi stqarrija, il-Ministru qalet li wara li ħadet parir legali fuq il-kuntratt li ngħata mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu lill-eks Ministru Mizzi f’Diċembru 2019, tat struzzjonijiet lill-Awtorita’ biex dan il-kuntratt jiġi terminat u mħassar b’effett immedjat.
Hija qalet li f’dan l-istadju tista’ tikkonferma li qatt ma saru ħlasijiet b’rabta ma’ dan il-kuntratt.