Olandiż baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli bi traffikar ta’ droga.
Fil-Qorti ħareġ kif l-Olandiż ġie arrestat f’lukanda f’Ta Sliema wara li l-iskwadra ta’ Kontra d-Droga rċevew informazzjoni li kien qed jitraffika d-droga.
Fil-pusses tar-raġel il-Pulizija sabitlu ammont ta’ dorga allegatament kokaina.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke l-Olandiż wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.