Sean Farrugia ta’ 30 sena residenti Birkirkara ntbagħat tliet snin ħabs wara li ammetta kkommetta żewġ serqiet.
Il-Qorti xliet lil Farrugia ġie mixli li fis-6 ta’ Jannar li għadda seraq €650 minn lukanda li tinsab il-Gżira u li f’każ separat li seħħ fis-17 ta’ Jannar, seraq €420 minn ħanut fil-Gżira. Fiż-żewġ serqiet huwa ġie akkużat li żamm persuni kontra r-rieda tagħhom u li fuqu kellu arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud sabet li Farrugia huwa riċediv u li kiser ordnijiet maħruġa mill-qorti fuq każ li ġa kellu fil-passat.