Mara ta’ 60 sena mietet waqt kompetizzjoni tal-ikel f’Queensland fl-Awstralja, waqt li dan il-kontinent kien qed jiċċelebra l-ġurnata magħrufa bħala ‘Australia Day’.
Fil-kompetizzjoni l-parteċipanti riedu jieklu kemm jifilħu pasti tradizzjonali biċ-ċikkulata tal-lamingtons.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu kif il-mara ngħatat is-CPR fuq il-post meta waqt li kienet qed tiekol waħda minn dawn il-pasti daħlet f’diffikulta.