In-numru ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus tela’ għal 81 – One News

Notifiki

In-numru ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus tela’ għal 81

In-numru ta’ mwiet fiċ-Ċina kawża tal-Coronavirus tela’ għal 81 filwaqt li kważi tlett elef persuna huma konfermati milquta mill-virus.

Il-belt ta’ Wuhan, li rat il-bidu ta’ dan il-virus tinsab magħluqa filwaqt li bosta bliet oħra qed iwaqqfu l-ivjaġġar minn u lejn il-belt.

F’Shangai il-gvern qed iwaqqaf lill- ħaddiema tan-negozji milli jirritornaw lejn ix-xogħol sal-għaxra ta’ Frar.

Intant, id-direttur ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Tedros Adhanom Ghebreyesus, jinsab f’Beijing biex jiddiskuti l-firxa tal-virus mal-Gvern ċiniż u esperti tas-saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend