Illum il-PM Robert Abela se jżur 3 lokalitajiet f’Għawdex u Kemmuna – One News

Notifiki

Illum il-PM Robert Abela se jżur 3 lokalitajiet f’Għawdex u Kemmuna

Hekk kif din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ser ikun hu li jmur għand in-nies, u mhux jistenna lin-nies jiġu għandu, illum wara nofshinar mistenni jaqbad il-vapur ta’ Għawdex sabiex jiltaqa’ ma’ diversi Għawdxin fi tliet lokalitajiet differenti.

Fiċ-Ċentru Laburista fil-Lokalità tax-Xewkija Robert Abela mistenni jasal għall-ħabta tal-16:45.

Fil-Ċentru Laburista fil-Lokalità tax-Xagħra mistenni jasal għall-ħabta tal-17:30.

Fiċ-Ċentru Laburista fil-Lokalità tal-Qala mistenni jasal għall-ħabta tas-18:00.

Qabel iż-żjara f’dawn it-tliet lokalitajiet, il-Prim Ministru ser iżur il-Gżira ta’ Kemmuna biex jiltaqa’ mar-residenti li jgħixu fuqha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend