Il-Fondazzjoni Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ffirmaw ftehim ta’ appoġġ għal sena li permezz tiegħu se tingħata għajnuna finanzjarju biex tappoġġja oqsma importanti tax-xogħol tal-Orkestra.
Dan il-ftehim li ġie ffirmat it-Tlieta filgħodu se jgħin biex jinxtraw srtumenti tal-orkestra u jkompli jiġi ffinanzjat il-programm ta’ apprentistat li jagħti opportunità lill-mużiċisti żgħażagħ iħejju għall-karriera fil-mużika.
Iċ-Ċermen tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, il-Maestro Sigmund Mifsud spjega kif l-Orkestra se tuża dawn il-fondi biex toffri għadd ta’ servizzi oħra.
“L-isponsorship pereżempju huwa abbinat anke mal-Youth Orchestra fejn aħna bl-għajnuna tas-Central Bank se nkunu nistgħu ninvestu fit-talent zaghzugh taghna sabiex ghada pitghada jkunu l-mużiċisti professjonisti ta’ għada. Ovvjament hemm proġetti oħra ikkumbinati mal-isponsorship fosthom li tliet mużiċisti tagħna se jkunu qed jipperformjaw gewwa new york iktar tard fl-istagun taghna.”
Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Father Marius Zerafa qal li din hija t-tielet sena konsekuttiva li l-Bank Ċentrali qed jagħti l-għajnuna tiegħu
“Kien hemm agreement li jagħtuhom flus lil National Orchestra. Issa bħalissa qegħdin nirrenovaw li għal sena oħra jerġgħu jieħdu l-istess ammont. Ħaġa sabiħa għaliex ghal muzika ta’ Malta, bil-fatt li fil-passat taw kontribut hekk tajjeb jghinu biex jaghmlu aħjar għall-gid tagħhom u ghal ġid ta kulħadd.”
Intant bħala sinjal ta’ gratitudni għal din l-għajuna, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se ttella’ kunċert għar-residenti tad-Dar tal-Providenza fiż-żmien tal-Milied u kunċert ieħor ġewwa l-Hospice Malta is-sena d-dieħla.