II-Coronavirus jaħsad il-ħajja ta’ 41 persuna fiċ-Ċina – One News

Notifiki

II-Coronavirus jaħsad il-ħajja ta’ 41 persuna fiċ-Ċina

Uffiċjali tas-saħħa fiċ-Ċina qalu li 15-il persuna oħra mietu kawża tal-virus li s’issa infetta mal-1,287 persuna li 41 minnhom mietu kawża ta’ dan il-virus.

Ħafna mill-avvenimenti fiċ-Ċina, fosthom dik l-aktar mistennija tas-Sena l-Ġdida, kellhom jitwaqqfu bħala prekawzjoni tat-tixrid ta’ dan il-virus.

L-istess virus wasal anke fl-Ewropa bi tliet każijiet ikkonfermati fi Franza. Il-Ministru għas-Saħħa Franċiż ikkonferma l-Ġimgħa filgħaxija li l-ewwel każ ġie rrapurtat f’Bordeaux filwaqt li ż-żewġ każijiet oħra ġew irrapurtati f’Pariġi.

Qed jiġi rrappurtat ukoll li ġie kkonfermat każ wieħed fl-Awstralja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend