Ċans biex iżżur Borġ in-Nadur b’xejn – One News

Ċans biex iżżur Borġ in-Nadur b’xejn

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex iżur is-sit preistoriku ta’Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa.

Is-sit ta’ Borġ in-Nadur jinsab  f’pożizzjoni strateġika peress li jinsab fl-għoli u jħares fuq il-bajja ta’ San Ġorġ. Dr. Josef Caruana, il-kuratur ta’ dan it-tempju stqarr ma dan l-istazzjon li is-sit kien jintuża kemm fil-perjodu tat-tempji tardiv u kif ukoll fi Żmien il-Bronż.

“Li huwa interessanti ħafna f’din l-istrutura, ma’ żmien il-Bronż f’Malta, fl-elfejn u ħames mitt sena qabel Kristu, dan it-tempju beda jintuża bħala dar, bħala domestic dwelling.”

Is-Sur Caruana spjega li sit, li imur lura mal-3,100 sena qabel Kristu,hu mqassam f’diversi żoni li jikkonsistu f’tempju li fih hemm erba’ apsidi  u għandu quddiemu wesgħa kbira magħluqa li hija unika għal binjiet bħal dawn.

“Dan it-tempju huwa mqassam f’diversi postijiet, għandek l-istritturata tipika  li aħna nsejħula ta’tempji, fejn għandek erba’ apsiti li huma kmamar li jiġu nofs qamar u għandek niċċa fuq wara tagħhom. Imma dan it-tempju huwa interesanti għaliex għandek bitħa kbira quddiemu u daħħħla monumentali.”

Is-sit kien skopert fis-seklu sittax u ġie skavat diversi drabi, bl-aktar waħda riċenti tkun fis-seklu għoxrin minn Margaret Murray li investigaw iż-żona prinċipali fejn hemm it-tempji.Dan wassal għal bosta sejbiet u informazzjoni gdida dwar dan il-perjodu antik.

“In-nies jistgħu jiġu jaraw sit li forsi mhux daqshekk rinomat  bħal si bħal Ħaġar Qim imma bħala informazzjoni,l-arkeoloġiku ħa ħafna aktar milli ħa minn siti oħra li ħa minn siti kbar bħal Ħaġar Qim, l-Imnajdra u l-Ġgantija.”

Il-pubbliku se jkun jista’ jiskopri aktar tagħrif dwar dan is-sit waqt żjara bi gwida li se jsiru matul il-ġurnata tal-Ħadd bejn il-ħinijiet tad-disa u l-ħamsa ta’ waranofsinhar b’diversi żjarat bi gwida matul il-ġurnata kollha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend