AĠĠORNATA: Tnejn jindarbu gravi f’ħabta bejn tliet karozzi fil-Fgura – One News

AĠĠORNATA: Tnejn jindarbu gravi f’ħabta bejn tliet karozzi fil-Fgura

Sirjan ta’ 39 sena li jgħix Santa Venera u tfajla ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid indarbu gravi wara ħabta bejn tliet karozzi fil-Fgura s-Sibt bil-lejl.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 ta’ filgħaxija, fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma’ Triq San Pietru, meta BMW 520D misjuqa minn Sirjan ta’ 26 sena li jgħix Ħal Qormi, u li fiha kien hemm riekba tliet Sirjani li l-età tagħhom tvarja bejn l-24 u d-39 sena, ħabtet ma’ Toyota Starlet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid.

Karozza oħra, tal-għamla Renault Clio li dak il-ħin kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena mill-Fgura ġarrbet xi ħsarat wara li ntlaqtet minn dawk il-karozzi fil-ħin tal-ħabta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tfajla u wieħed mill-passiġġieri Sirjani l-Isptar Mater Dei għall-kura. It-tfajla ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

Is-Sirjan ta’ 39 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ngħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid. Jidher li l-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend