Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara ilment li ġie vverifikat, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat peress li fil-laned jista’ jkun hemm biċċiet tal-plastik (blu).
Deskrizzjoni tal-prodott: | Tonn fiż-żejt taż-żebbuġa |
Ditta: | Rio Mare |
Deskrizzjoni tal-maħfen: | 3 laned imdawrin b’kartuna |
Data tad-durabbiltà: | 31/12/2023 |
Użin: | 3 laned ta’ 160 gramma-il waħda |
Lott: | L19161 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku hu ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.