Mhux ħati li seraq makkinarju tal-kostruzzjoni – One News

Notifiki

Mhux ħati li seraq makkinarju tal-kostruzzjoni

Antoine Borg ta’ 38 sena mis-Swieqi ġie lliberat minn akkużi ta’ serq minn sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta. Il-każ seħħ f’Jannar tal-2017.

Huwa kien akkużat li seraq magna li tqatta’ l-ġebel u għodod oħra li jintużaw fil-kostruzzjoni b’valur ta’ iktar minn €3,700. Ġie mixli wkoll li laqa’ għandu oġġetti misruqa, li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li kien riċediv.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli ma sabitx lil Borg ħati tal-akkużi għax qalet li l-Prosekuzzjoni naqset milli tipprova l-akkużi fil-konfront tal-imputat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend