Mara l-isptar wara ħabta f’Ħal Luqa – One News

Notifiki

Mara l-isptar wara ħabta f’Ħal Luqa

Mara ttieħdet l-isptar għall-kura kawża t’inċident tat-traffiku fi Triq l-Avjazzjoni Ħal Luqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:15 ta’ filgħaxija meta għal xi raġuni vann tat-tip Ford Transit misjuq minn ġuvni Taljan ta’ 29 sena ħabat ġol-karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn tfajla ta’ 29 sena mill-Imqabba.

Immedjatament fuq il-post intalbet l-assitenza ta’ tim mediku li ħa lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura. Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend