Ir-Reġina tapprova l-ftehim dwar Brexit – One News

Ir-Reġina tapprova l-ftehim dwar Brexit

Il-ftehim ta’ Brexit sar liġi, hekk kif ingħatat l-approvazzjoni tar-Reġina. B’hekk ir-Renju Unit jinsab pass eqreb biex fl-aħħar ta’ dan ix-xahar joħorġ mill-Unjoni Ewropea.

Dan wara li nhar l-Erbgħa għaddiet il-leġislazzjoni finali mill-aħħar fażi tal-Parlament.

Il-proċess għal Brexit ilu għaddej matul dawn l-aħħar tliet snin wara referdum fejn il-poplu Ingliż ivvota sabiex jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Dan il-proċess kien ikkaratterizzat minn żewġ elezzjonijiet ġenerali, li rat tliet Prim Ministri, negozjati intensivi u kwistjonijiet politiċi interni.

Nhar l-Erbgħa li ġej huwa mistenni li jittieħed l-aħħar vot dwar Brexit, fil-Parlament Ewropew. Filwaqt li l-Prim Ministru Ingliż se jiffirma din il-liġi fil-futur qarib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend